xxx of yyy characters
Join Group
Forum Zghazagh Laburisti - Labour Youth Forum
Google Translation:
Off
When Google Translation is on, topics and messages in this group will be machine-translated to your language by Google.
Messages
Topic:
L-istipendju mhux kapricc - Forum Zghazagh Laburisti
Fid-dawl tad-diskussjoni li qieghda tqum kull tant zmien dwar l-istipendji, il-Forum Zghazagh Laburisti jistqarr li bl-ebda mod mhu se jaccetta li l-Gvern Nazzjonalista iwitti t-triq biex is-sistema prezenti ta’ l-istipendji tigi zarmata.
Il-Forum Zghazagh Laburisti fakkar fi stqarrija ghall-istampa kif Gvern Nazzjonalista, wieghed darba wara l-ohra li l-istudenti se jibqghu jibbenefikaw mill-istipendji, u ghalhekk huwa inaccettabbli li l-Gvern iqajjem diskussjoni biex l-istudenti li jaraw l-istipendju bhala bzonn, jitghabbew bid-djun.
Il-FZL qal li Il-proposta tar-rettur, u li esprima l-qbil tieghu maghha il-Gvernatur tal-Bank Centrali, digà kienet rifjutata fl-1997 mill-istudenti.
Apparti minn dan, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni stqarret li trid tesperimenta u tkun kreattiva bis-sistema tal-istipendji. Dawn id-dikjarazzjonijiet orkestrati biex iwittu t-triq ghat-tnehhija ta’ l-istipendju huma irresponsabbli u mhux f’lokhom.
Il-FZL qal li hija responsabbilità tal-Prim Ministru biex jaghti direzzjoni cara u jwaqqaf dan id-dibattitu.
“L-attitudni li l-istipendju huwa kapricc trid tispicca” qal il-FZL li zied jghid li l-istipendju huwa investiment fil-futur ta’ pajjizna.
Il-FZL qal li se jappoggja kull inizjattiva li tittiehed biex sistemi li jghinu l-istudenti jibqghu imharsa.
Intant fl-ahhar jiem l-ghaqda ta’ l-Istudenti Nazzjonalisti, l-SDM, rebhet l-elezzjonijiet tal-Kunsill Studenti Universitarji bl-ghajta li mhux se jintmessu l-istipendji.
WWW.FZL.ORG.MT
Apr 12
8:42 AM
Gonzi tilef il kontroll
May 27
8:57 AM
wara l elezzjoni stennew kollhox
May 28
3:32 AM